Wednesday, April 24, 2024

Il-coach nazzjonali Michele Marcolini jsejjaħ l-iskwadra Maltija għal kontra l-Lussemburgu

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali Malti, Michele Marcolini, sejjaħ skwadra ta’ 26 player qabel il-partita ta’ ħbiberija internazzjonali li jmiss kontra l-Lussemburgu. Il-logħba se tintlagħab għada, fil-Luxembourg Stadium (fit-8.15 pm), li hija parti mill-preparamenti qabel il-partiti tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 kontra l-Ingilterra u l-Ukrajna aktar tard dan ix-xahar.

L-iskwadra ta’ 26 player hija din:

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun S.); Cain Formosa (Valletta); Matthew Grech (Sirens)

Difensuri: Ferdinando Apap (Hibernians); Jean Borg (Sliema W.); Steve Borg (Hamrun S.); Karl Micallef (Gudja U.); Zach Muscat (Farense – Portugall); Kurt Shaw (Hibernians)

Midfielders: Cain Attard, Yannick Yankam (Birkirkara); Adam Magri Overend (Floriana); Nikolai Muscat, Steve Pisani (Gzira U.); Juan Corbalan, Ryan Camenzuli, Matthew Guillaumier, Joseph Mbong (Hamrun S.); Jake Grech, Bjorn Kristensen (Hibernians).

Attakkanti: Alexander Satariano (Balzan); Luke Montebello (Hamrun S.); Jurgen Degabriele (Hibernians), Jodi Felice Jones (Notts C. – Ingilterra); Kyrian Nwoko (Sta Lucia); Shaun Dimech (Valletta)

Sport