Il-Cointreau Cocktail Competition tiċċelebra t-talent tal-bartending f’Malta

Aqra wkoll

L-ewwel edizzjoni tal-Cointreau Cocktail Competition f’Malta laqqgħet 15-il bartender biex juru l-kreattività, il-ħiliet tekniċi u l-passjoni tagħhom fit-taħlit ta’ xarbiet differenti.

Farsons Beverage Imports Company Limited (FBIC) dan l-aħħar ospitat l-ewwel edizzjoni tal-Cointreau Cocktail Competition f’Malta, li ġabret 15-il bartender ta’ talent biex jiċċelebraw il-kreattività, il-ħila artiġjanali u l-innovazzjoni fil-cocktails.

Il-kompetizzjoni ttellgħet fit-8 ta’ Ottubru 2026 f’The Apothecary Cocktail Bar, San Ġiljan, u serviet ta’ pjattaforma għall-bartenders lokali biex juru l-ħiliet tagħhom u kif jinterpretaw cocktails differenti bil-Cointreau, il-likur Franċiż tal-larinġ, ta’ Rémy Cointreau, magħruf mad-dinja.

Matul il-kompetizzjoni, il-parteċipanti daħlu fi sfida biex joħolqu cocktails oriġinali, bilanċjati u li joħorġu t-togħma tal-likur Cointreau fir-riċetta tagħhom. Il-cocktails ġew evalwati għall-preżentazzjoni, il-ħila u t-teknika, il-kreattività, il-bilanċ u l-kwalità inġenerali tagħhom.

Il-panel tal-ġurati inkluda nies b’esperjenza twila fl-oqsma tal-ospitalità, il-bartending u l-industrija tal-ispirti. Fosthom kien hemm Roberto Molaro, Ambaxxatur tal-FBIC Spirits; Aleksandar Zivadinovic, ġurat tekniku; u Pierre Stafrace, li għandu esperjenza vasta fl-industrija tax-xorb ma’ Farsons.


Tliet bartenders ġew rikonoxxuti għall-kreazzjonijiet eċċezzjonali tagħhom:

L-Ewwel Post – Vinay Kale, Kuch Kuch, b’Mango Lassi

It-Tieni Post – Veronica Guzman Chavarria, Sip n Sail, b’Ary

It-Tielet Post – Bibin Krisha, The Chapels Gastrobrewpub, b’Mela Mqaret

Bħala rikonoxximent għall-kreazzjoni rebbieħa tiegħu, Vinay Kale ngħata vjaġġ għall-Athens Bar Show, li jinkludi t-titjiriet u l-akkomodazzjoni. Dan il-premju joffrilu l-opportunità jesperjenza x-xena internazzjonali tal-bartending, jiskopri xejriet ġodda u jikseb aktar ispirazzjoni mill-professjonisti tal-industrija.

Il-kreazzjonijiet rebbieħa rriflettew l-ideat u l-metodi  diversi tal-parteċipanti, u enfasizzaw il-kreattività u t-talent li jeżistu fil-komunità tal-bartenders f’Malta.

Lil hinn mill-kompetizzjoni, l-avveniment serva ta’ opportunità għall-bartenders biex jagħmlu kuntatt ma’ professjonisti oħra tal-industrija, jaqsmu l-ideat, u jiċċelebraw l-arti tal-miksoloġija. L-avveniment ħareġ ukoll ir-rabta fit-tul ta’ Cointreau mal-kultura tal-cocktails u l-versatilità tiegħu bħala ingredjent essenzjali kemm f’cocktails klassiċi kif ukoll f’oħrajn kontemporanji.

FBIC tibqa’ impenjata li tappoġġja l-industrija lokali tal-ospitalità billi toħloq opportunitajiet li jħeġġu l-iżvilupp professjonali, l-għarfien dwar il-prodotti u l-kreattività fost il-bartenders u l-professjonisti fis-settur tal-ospitalità.

L-ewwel edizzjoni tal-Cointreau Cocktail Competition kienet suċċess u pass importanti għall-marka Cointreau f’Malta. Il-kompetizzjoni għarfet lil dawk li jaħdmu wara l-bar u ċċelebrat l-innovazzjoni li qed tkompli ssawwar ix-xena lokali tal-cocktails.

FBIC tifraħ lill-parteċipanti, b’mod speċjali lit-tliet rebbieħa, u tirringrazzja lil dawk kollha li kkontribwew għas-suċċess tal-ewwel edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni f’Malta.

Cointreau hu importat, irreklamat u mqassam minn FBIC, kumpanija sussidjarja tal-Grupp Farsons.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport