Sunday, May 5, 2024

Il-Europride Valletta għal Settembru li ġej

Aqra wkoll

Il-Europride, li se ssir bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru 2023, bit-tema “Equality from the Heart”, għandha l-għan li tattira eluf ta’ nies minn madwar id-dinja lejn Malta biex jiċċelebraw il-komunità LGBTIQ+, filwaqt li tippromwovi l-messaġġ b’saħħtu ta’ ugwaljanza.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg nediet il-programm tal-Europride 2023, avveniment internazzjonali li se jkompli jiċċelebra d-diversità u l-ugwaljanza.

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg sostniet li “huwa simboliku l-fatt li ntgħażlet din il-ġurnata għat-tnedija, għaliex irridu soċjetà ta’ imħabba, fejn ngħożżu lil xulxin, ikunu x’ikunu l-għażliet personali tal-individwu.”

Hija qalet kif Europride Valletta tirrapreżenta mument storiku u bla preċedenti għal pajjiżna mhux biss għax hija l-ewwel darba li Malta se tospita dan l-avveniment internazzjonali, iżda wkoll għaliex se jkun l-iżgħar pajjiż fl-UE bl-aqwa drittijiet għall-persuni LGBTIQ+ li jilqa’ din il-manifestazzjoni globali.

Sport