Thursday, May 16, 2024

Il-Eurostat tikkonferma li Malta ma rat l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-enerġija

Aqra wkoll

Il-Eurostat, l-uffiċċju tal-Istastika tal-Unjoni Ewropea, f’rapport li ppubblika fl-aħħar sigħat ikkonferma li fit-tieni nofs tas-sena l-oħra, pajjiżna ma kellu l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl.

Fir-rapport ħareġ ċar li l-prezzijiet tal-Enerġija għolew kważi fil-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewoprea ħlief f’Malta u l-Olanda.

Kienet deċiżjoni tal-Gvern Malti li jibqa’ jissusidja l-kontijiet tad-dawl biex b’hekk il-familji u n-negozji ma jieħdux daqqa kbira u ma jkollhomx piż xi jġorru. Minkejja l-kriżi tal-enerġija li għaddejja mad-dinja, il-Gvern Malti nvesta biljun ewro biex seta’ jżomm il-prezzijiet stabbli.

L-Eurostat tgħid li fit-tieni fpst tas-sena l-oħra, il-familji li jgħixu f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropew komplew jaraw żieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriku, meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2021.

Il-prezzijiet tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea raw żieda minn 23.50 ewro kull mitt kilowatt fis-siegħa għal 28.40 ewro għal kull mitt kilowatt fis-siegħa.

Mill-istess stastika ħareġ ċar li Malta għandha t-tielet l-orħos prezzijiet tal-elettriku għall-familji minn fost il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea.

L-orħos prezzijiet tal-enerġija fit-tieni kwart tas-sena li għaddiet ġew irreġistrati fl-Ungerija, fil-Bulgarija u wara f’Malta filwaqt li l-ogħla kontijiet ġew irreġistrati fid-Danimarka, fi-Belġju u fl-Irlanda.

Sport