Tuesday, April 30, 2024

Il-FIFA tapprova pjani għal espansjoni fit-Tazza tad-Dinja 2026

Aqra wkoll

Il-FIFA approvat pjani għal espansjoni kbira fit-Tazza tad-Dinja tal-2026 – bit-total ta’ logħbiet ikun dak ta’ 104 minflok dak eżistenti ta’ 64. 

L-edizzjoni li jmiss se tintlagħab fl-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku fejn se jikkompetu 48 team għall-ewwel darba.

Kien maħsub li jkun hemm 16-il grupp komposti minn tliet timijiet. Iżda mbagħad il-FIFA ddeċidiet li kull grupp ikollu erba’ timijiet minħabba l-biżgħa li l-partiti ma jkunux daqstant eċċitanti. Għaldaqstant se jkun hemm 12-il grupp.

L-ewwel żewġ timijiet ta’ kull grupp jikkawlifikaw għall-fażi eliminatorja filwaqt li l-aħjar tmienja li jtemmu fit-tielet post, jingħaqdu mal-24 team biex jifformaw ir-round l-Aħħar 32. 

Sport