Thursday, March 28, 2024

Klassi SB20 | Is-Seajet Malta Sailing League jingħaqad mal-flotta tal-RMYC

Aqra wkoll

Is-Seajet Malta Sailing League kompla meta l-flotta tal-SB20 ingħaqad mal-flotta ta’jottijiet li kienu qed jieħdu sehem fir-Royal Malta Yacht Club Winter Sailing Race, aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-format kien bidla mit-tlielaq tas-soltu SB20, fejn is-soltu jkun hemm iktar minn tellieqa waħda fil-ġurnata.  Fl-ewwel ġurnata, id-dgħajjes tellqu f’korsa twila matul l-Kosta tal-Lvant ta’ Malta, filwaqt li fit-tieni jum il-flotta ħadet sehem f’numru ta’ tiġrijiet maġemb il-kosta.

Fl-ewwel jum ta’ tlielaq, il-flotta ħadet postha fuq il-linja tat-tluq, bejn il-Belt Valletta u Tigne Point. Id-dgħajsa Cage Architects Team Chiara kienet fuq quddiem hekk kif it-timijiet resqu qrib il-blat ta’ Tigne Point. Sayonara Baby daret mal-Għallis l-ewwel. Minn hemm ‘il quddiem seħħew movimenti tattiċi deċiżivi iżda attenti, wara li Sayonara Baby spiċċat għamlet ħsara lil xi tagħmir tagħhom. Careful Now ħa approċċ aktar konservattiv, bit-Tim Chiara, jirriskja kollox b’tama ta’rebħa. L-esperjenza li l-ekwipaġġ ta’ Careful Now għandom tal-kundizzjonijiet li jinsabu fil-port ta’Marsamxett tathom vantaġġ, li ppermettiethom jispiċċaw it-tellieqa fl-ewwel post.

Minkejja l-ħsarat li kellhom Sayonara Baby fil-ġurnata ta’ qabel, it-timijiet kollha ħadmu flimkien biex jiżguraw li d-dgħajjes kollha jkunu lesti għall-bidu ta’ filgħodu. L-ewwel mossa tattika tat-tellieqa saret minn Team Chiara, li jikseb il-pass tajjeb fuq quddiem. Iżda l-baħar fil-qrib tal- kosta wera li kien ottimali, u Sayonara Baby l-ewwel li dar madwar il-marka, segwita mill-qrib minn Careful Now, Chiara, u Panda Powder. Battalja intensa  rat lil Team Chiara juri l-klassi tagħhom, b’kull dgħajsa kienet qed tiġġieled għal kull vantaġġ. Careful Now reġgħu baħħru rotta aktar determinata, iżda l-veloċità tad-dgħajsa ta’ Sayonara u Team Chiara rathom jnaqqsu d-distakk lejn it-tmiem. Minkejja l-isforzi tagħhom, la Sayonara Baby u lanqas Team Chiara  ma setgħux jlaħħqu ma Careful Now.

Il-maltemp prevvist wara l-ewwel tellieqa wasslet biex it-tlielaq l-oħra jiġu kkanċellati, tmiem diżappuntanti għal tmiem il-ġimgħa ta’ tlielaq eċċitanti.

Careful Now, immexxija minn Andreas Bohnsack, Greg Szabo u Guy Baranyay ħarġu rebbieħa ġenerali tal-weekend.

Kull minn ħa sehem kollha qablu li din kienet waħda mill-eqreb u l-aktar tlielaq eċċitanti li qatt saru fil-Klassi Malta SB20. Il-kompetizzjoni kienet missielta u kienet tinkorpora l-ispirtu veru tal-SB20,” ikkummenta Steve Carter, President SB20 Malta Association. “Ninsabu kuntenti li naraw uċuħ ġodda fil-Klassi u ta min jsemmi partikolarment lil Sayonara Baby li fid-debutt tagħhom taw prestazzjoni formidabbli”

Ir-regatta li jmiss tas-Seajet Malta Sailing League se ssir fil-25 u s-26 ta’ Marzu f’San Pawl il-Baħar. Ir-regatta, imtella’ mill-Malta Young Sailors Club, għandha tara l-flotta sħiħa ta’ 8 dgħajjes SB20  jieħdu sehem.

L-Assoċjazzjoni u l-flotta SB20 jirringrazzjaw lir-Royal Malta Yacht Club għall-istedina, kif ukoll lill-uffiċjali tat-tellieqa. Il-Klassi tesprimi wkoll il-gratitudni tagħha lill-Grand Harbour Marina għall-appoġġ kontinwu tal-flotta tal-Malta SB20.

Riżultati Finali:

Jum 1: Careful Now, Cage Architects Team Chiara, Sayonara Baby.

Jum 2: Careful Now, Cage Architects Team Chiara, Sayonara Baby.

Ekonomija

Sport