Wednesday, April 24, 2024

Pariġi “midfuna” taħt l-iskart

Aqra wkoll

Il-belt kapitali Franċiża, Pariġi, tinsab midfuna taħt ammont kbir ta’ skart li għal dawn l-aħħar ġranet mhux qiegħed jinħabar.

Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet il-kolletturi tal-iskart ħarġu fuq strajk u issa s-sitwazzjoni fil-belt hija waħda allarmanti minħabba l-ammont kbir ta’ skart li hemm.

“Kullimkien ħmieġ kbir. Hawn ammont kbir ta’ wirdien u ġrieden jiġru fil-belt,” qal raġel li kien qed jitkellem mal-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali.

Il-kollettur tal-iskart qegħdin jistrakjaw minħabba li l-Gvern tal-President Macron qiegħed jipproponi li l-età tal-irtirar tila’ minn 62 għal 64 sena.

Minbarra Pariġi l-iskart mhux qiegħed jinġabar ukoll fil-belt ta’ Nantes, Rennes u Le Havre.

Skont uffiċjali f’Pariġi qalu li hu stamt li hemm eluf kbar ta’ tunnellata ta’ skart li għadu mhux miġbru. Kumpaniji privati u restoranti qiegħed ikollhom l-iskart miġbur b’mod normali.

Sport