Tuesday, April 16, 2024

“Kelli tfulija sabiħa grazzi għall-entużjażmu tiegħek meta kont Rettur Marsalforn”

Għawdex maħsud bil-mewt ta’ Dun Mariano Zammit

Aqra wkoll

“Nirringrazzjak ta’ kemm kelli tfulija sabiħa bl-entużjażmu li kellek inti meta kont Rettur Marsalforn.” “Fi żmienek il-Knisja ta’ Marsalforn kienet tkun ippakjata bin-nies”.

Dawn kienu żewġ kummenti minn mijiet ta’ oħrajn li qegħdin isellmu l-memorja ta’ Dun Mariano Zammit li miet fl-aħħar ħinijiet fl-età ta’ 73 sena.

Dun Mariano Zammit kien għal żmien twil Rettur tal-Knisja ta’ Marsalforn u dawk kollha li jiftakruh jgħid kemm kien joħloq ambjent sabiħ fil-knisja u li bilfors tmur tista’ l-quddiesa tiegħu.

Kienet id-Djoċesi ta’ Għawdex li f’messaġġ li ħarġet ħabbret il-mewt ta’ Dun Mariano li kien saċerdot mix-Xewkija.

In-nepputija ta’ Dun Mariano qalet li “meta konna żgħar konna nistennewk bi ħġarna biex tirrakkontalna xi storja kif kont tħobb tagħmel, taqbila jew ħaġa moħġaġa.” Hi tkompli tgħid li dan l-aħħar kien għamel il-Facebook biex jerġa’ jibda jitkellem ma’ tant nies li kien għamel differenza f’ħajjithom.

Ekonomija

Sport