Wednesday, April 24, 2024

Manchester City u Inter fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

Manchester City u Inter ngħaqdu ma’ Bayern Munich, Benfica, Chelsea u Milan, fil-kwarti-finali tal-UEFA Champions League meta għelbu b’aggregate lil RB Leipzig u lil Porto rispettivament.

Man City v RB Leipzig

Wara li fl-ewwel leg fil-Ġermanja sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1, fit-tieni leg Manchester City irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal RB Leipzig, meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 7-0.

Għalihom, l-eroj assolut kien l-iskorer prolifiku Norveġiż, Erling Braut Haaland, li skorja xejn inqas minn ħames goals (22, 24, 47, 54, 57), bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty. Iż-żewġ goals l-oħra għalihom waslu minn Ilkay Gundogan (49) u Kevin De Bruyne (92).

B’hekk, il-Blues kisbu l-passaġġ għall-kwarti-finali b’aggregate ta’ 8-1.

Porto v Inter

Il-goal ta’ Romelu Lukaku fl-ewwel leg li bih Inter kienu għelbu lil Porto bl-iskor  minimu ta’ 1-0 f’San Siro għamel id-differenza kollha, hekk kif fit-tieni leg, dawn iż-żewġ timijiet temmew il-konfront ta’ benjiethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Ta’ nota huwa l-fatt li l-ġganti Portugiżi spiċċaw jilagħbu b’10 players fis-97 minuta meta tkeċċa għalihom Pepe, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

B’hekk, in-Nerazzurri kisbu l-passaġġ għall-kwarti tal-finali bi skor aggregate ta’ 1-0.

Sport