Friday, June 12, 2026

‘Il-futbol trid tħobbu … mingħajr passjoni ma tasal imkien’ – Brian Sproul

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Il-futbol modern qed jevolvi b’pass mgħaġġel u, skont Brian Sproul, illum il-plejer m’għadux biss plejer tal-futbol iżda atleta li jrid ikun ippreparat fuq kull livell.

Dan kien il-messaġġ ċentrali f’intervista estensiva ma’ Sproul, eks National Development Officer fuq il-livell taż-żgħażagħ mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Skoċċiża li għandu wkoll esperjenza ma’ klabbs bħal Queens Park Rangers, St Mirren u Kilmarnock u llum kowċ fl-akkademja ta’ Rangers FC,.

Illum, Sproul sar ukoll figura attiva fil-proġetti ta’ żvilupp taż-żgħażagħ f’Malta, fejn qed jikkollabora f’inizjattivi li għandhom l-għan li joffru opportunitajiet reali lill-plejers żgħażagħ biex jersqu lejn livell internazzjonali.

Sproul jibda billi jfakkar li l-vjaġġ tiegħu fil-futbol ma kienx wieħed klassiku ta’ plejer elite, iżda aktar wieħed mibni fuq il-coaching ukif taħdem is-sistema.

“Kont aktar involut fil-kowċing milli bħala plejer. Bdejt fil-futbol taż-żgħażagħ u bqajt nitla’ fil-livelli differenti tas-sistema Skoċċiża. Dak il-perjodu fhimt aħjar l-affarijiet kif jaħdmu u fuq kollox kif jiġi żviluppat plejer,” jispjega.

Skontu, ħafna drabi l-problema fil-futbol modern hija l-ħeffa li biha kulħadd irid riżultati immedjati.

“L-iżvilupp ma jseħħx mil-lum għal għada. Huwa proċess li jeħtieġ paċenzja, strutturi u kontinwità.”

Din il-filosofija saret il-pedament tal-mod kif jaħdem illum ma’ plejers żgħażagħ kemm fl-Iskozja kif ukoll barra minnha.

Meta jitkellem dwar il-logħba tal-lum, Sproul jenfasizza bidla kbira fil-mod kif jiġi mifhum il-plejer.

“Il-logħba nbidlet kompletament. Illum it-tfal iridu jkunu aktar b’saħħithom, aktar veloċi u aktar intelliġenti fil-mod kif jilagħbu. Mhux biżżejjed li tkun tajjeb bil-ballun biss,” jgħid ċar u tond.

Huwa jżid li l-futbol illum hu mmexxi minn sports science, nutrizzjoni u data analitika.

“Meta bdejt jien, dawn l-affarijiet ma kinux jeżistu fil-livell li għandna llum. Issa kull dettall jiġi mniżżel. Il-plejer huwa atleta professjonali sa minn età żgħira.”

Madankollu, Sproul iwissi wkoll li din l-evoluzzjoni ġġib magħha pressjoni akbar fuq it-tfal u fuq il-kowċis, li jridu jsibu bilanċ bejn prestazzjoni u żvilupp naturali.

Il-karriera tiegħu ħaditu f’diversi ambjenti kompetittivi ħafna, inkluż Rangers FC u Queens Park Rangers FC, fejn l-istennija mill-partitarji akkaniti tagħhom hi waħda għolja.

“Meta tkun ma’ klabb bħal Rangers tifhem li kull dettall jgħodd għax litteralment kollox jiġi analizzat,” jispjega.

Dawn l-esperjenzi għenuh jibni metodoloġija aktar strutturata, li llum japplika fil-ħidma tiegħu ma’ plejers żgħażagħ.

Sproul jemmen li l-iżvilupp għandu jibda kmieni ħafna, iżda dejjem b’enfasi fuq il-pjaċir tal-logħba.

“Jien nemmen li t-tfal għandhom jibdew jinteraġixxu mal-ballun mill-aktar kmieni possibbli. L-ewwel snin huma kruċjali għall-koordinazzjoni u l-iżvilupp tekniku,” jgħid.

Madankollu, hu jenfasizza punt importanti ħafna:

“Jekk it-tifel ma jħobbx il-futbol, qatt mhu se jiżviluppa kif suppost. Il-passjoni trid tiġi l-ewwel.”

Matul l-aħħar għaxar snin, Sproul żviluppa relazzjoni b’saħħitha ma’ Malta, fejn ilu jikkontribwixxi f’diversi proġetti ta’ żvilupp u akkademji lokali.

“Ilni niġi Malta għal madwar għaxar snin u nara progress kontinwu. Illum hemm ħafna aktar għarfien dwar l-iżvilupp tal-plejer żagħżugħ milli kien hemm qabel,” jgħid.

Huwa jfaħħar ukoll lil diversi persuni fil-futbol lokali, fosthom Franco Agius u Twanny Rocco, li skontu kienu strumentali bħala kowċis biex jinħolqu opportunitajiet ġodda.

Sproul jispjega li l-kollaborazzjoni ma’ Agius bdiet b’mod naturali:

“Il-ħbiberija ma’ Franco Agius bdiet permezz ta’ kuntatti fil-futbol u seminars. Minn hemm bdejna naħdmu fuq ideat biex noħolqu opportunitajiet għall-plejers żgħażagħ kemm f’Malta kif ukoll barra.”

Min-naħa tiegħu, Franco Agius jiddeskrivi l-kollaborazzjoni ma’ Sproul bħala waħda li tgħolli l-livell tal-proġetti lokali.

“Meta taħdem ma’ kowċ bħal Brian Sproul tifhem x’ifisser professjonalità vera fil-futbol taż-żgħażagħ. L-għan tagħna hu li nagħtu lill-plejers Maltin espożizzjoni li normalment ma jsibux f’dan il-livell,” qal Agius.

Huwa jżid li Malta għandha talent kbir iżda teħtieġ aktar strutturi u opportunitajiet internazzjonali:

“Għandna tfal b’potenzjal kbir, imma għandhom bżonn ambjenti fejn jikbru kontra l-aħjar. Proġetti bħal dawn jagħmlu differenza reali.”

Il-kollaborazzjoni bejn Sproul u CIC Sports Malta issa qed tieħu forma konkreta fil-proġett CIC SPORTS MALTA ELITE HUB 2026, li se jsir bejn il-11 u l-15 ta’ Ġunju 2026 fil-grawnds tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.

L-avveniment se jlaqqa’ 46 plejer minn 13-il akkademja differenti, u se jiffoka fuq żvilupp tekniku, tattiku u fiżiku f’ambjent professjonali.

Sproul jenfasizza l-importanza tal-inizjattiva: “Meta ġejt mistieden minn Franco Agius u CIC Sports Malta ħassejt li dan huwa proġett serju ħafna. L-għan hu li noħolqu opportunità reali għal plejers żgħażagħ biex juru x’jistgħu jagħmlu.”

Sproul iżid punt kruċjali dwar il-futbol modern: “Anke opportunità waħda tista’ tbiddel karriera. Xi drabi plejer għandu bżonn biss ċans wieħed.”

Sproul jagħti wkoll ħarsa lejn il-futbol Skoċċiż, fejn jara talent iżda wkoll sfidi strutturali.

“Hemm talent tajjeb ħafna fl-Iskozja, iżda xi drabi hemm nuqqas ta’ konsistenza fis-sistema. Il-progress jeħtieġ aktar impenn biex jirnexxi.”

Minkejja dan, jibqa’ ottimist: “Nittama li naraw riżultati aħjar. Il-bażi hemm, imma trid tkun sostnuta b’pjan fit-tul.”

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Brian Sproul jerġa’ lura għall-essenza vera tal-futbol:

“Il-futbol trid tħobbu. Mingħajr passjoni ma tasal imkien. Tista’ tkun l-aktar tekniku jew l-aktar veloċi, imma jekk ma tiħux pjaċir b’dak li qed tagħmel, ma tasalx fil-quċċata.”

Minn Rangers sa Malta, minn St Mirren sa QPR, Sproul jibqa’ konvint li l-futur tal-futbol jinsab f’idejn dawk li mhux biss jitħarrġu, iżda li jifhmu tassew x’ifisser li tkun atleta modern u li jkollhom il-kuraġġ jieħdu kull opportunità li tingħatalhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport