Friday, June 12, 2026

Walter Arciola President il-ġdid ta’ Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Walter Arciola huwa l-President il-ġdid ta’ Sliema Wanderers FC, b’Andrea Zammit Tabona maħtur bħala Viċi President u Alex Muscat Segretarju tal-Klabb.

Sliema laqgħu ukoll il-Kumitat li għadu kif inħatar hekk kif qed jibdew kapitlu ġdid eċċitanti għall-klabb.

Fi stqarrija, huma qalu li b’ambizzjoni mġedda u viżjoni kondiviża għall-futur, qed iħarsu ’l quddiem biex jibnu fuq l-istorja kburija tagħhom u jmexxu lil Sliema Wanderers FC ’il quddiem.

Huma awguraw lill-President Walter Arciola, lill-Kumitat, u lill-uffiċjali kollha tal-klabb kull suċċess fir-rwoli l-ġodda tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport