Saturday, May 4, 2024

Il-futur ta’ Luis Suarez huwa fl-MLS

Aqra wkoll

L-eks attakkant ta’ Barcelona, Liverpool u Ajax Amsterdam Luis Suarez ma biddilx l-idea fuq il-futur tiegħu hekk kif wara li ħalla lil Nacional Montevideo li kien qed jilgħab magħhom sabiex jipprepara għat-tazza tad-dinja, issa qed jaħseb sabiex imur ikompli l-karriera fl-Istati Uniti. 

Hekk kif tispiċċa t-Tazza tad-Dinja, Suarez se jkun qed jitkellem ma’ xi klabbs li jilagħbu fl-MLS sabiex probabbilment itemm il-karriera tiegħu hemmhekk.

Suarez għandu 35 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Groningen u Atletico Madrid.

Sport