Saturday, May 4, 2024

Joaquin Correa barra mit-Tazza tad-Dinja?

Aqra wkoll

Il-plejer Arġentin Joaquin Correa hu ferm viċin li jsellem it-Tazza tad-Dinja mingħajr lanqas biss lagħabha hekk kif weġġa’ irkopptejh fil-logħba ta’ ħbiberija li Los Albiceleste lagħbu kontra l-Emirati Għarab Magħquda u li rebħu 5-0. 

Sadanittant fis-sessjoni ta’ taħriġ li għamlu dalgħodu l-plejers Arġentini, Correa kien nieqes hekk kif ingħata jumejn ta’ mistrieħ sabiex it-Tnejn filgħodu tiġi evalwata sew il-kundizzjoni fiżika tiegħu.

Correa, magħruf bħala El Tucu jilgħab bħala attakkant ma’ Inter.

Sport