Thursday, April 18, 2024

“Il-Ġimgħa l-Kbira għandha twitti t-triq għal sajf ta’ festi għall-poplu kollu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa tħabbar li wara laqgħa kordjali bejn il-partijiet involuti ttieħdet id-deċiżjoni li l-festi jibdew isiru bħalma kienu jiġu ċċelebrati qabel il-pandemija minn April li ġej.

B’rabta ma’ dan is-suġġett Talk.mt tkellmet ukoll ma’ Renald Borg, Membru fl-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda u kaxxier tal-Għaqda Mużikali Santa Elena. Borg qalilna li l-Għaqda taqbel ma’ dak li qalilna aktar qabel Camilleri u li din id-darba l-festi jinsabu verament viċin li jsiru. 

Huwa qalilna li “Ovjament is-saħħa hija prijorità u rridu nimxu b’kawtela skont kif tkun is-sitwazzjoni tas-saħħa f’dak iż-żmien. Però fiż-żewġ laqgħat li kellna mal-Prim Ministru, kif ukoll mal-Ministru tas-Saħħa, u laqgħat regolari li qegħdin ikollna mal-Kurja ta’ Malta huma pożittivi u nemmnu li qegħdin iwittu t-triq biex l-poplu jkun jista’ jerġa’ jfgawdi l-festi.”

Rigward il-festi li jaħbtu qabel April, Borg qalilna li l-ewwel ħsieb tal-Għaqda Każini tal-Banda kien li jsiru l-festi kollha anke b’mod ridott. Huwa fakkar li l-Għaqda Każini tal-Banda kienet għamlet it-talba li l-festa tal-Kunċizzjoni sservi ta’ prova, talba li ma ntlaqgħetx. Kien hemm tentattivi oħrajn biex il-festi li ġejjin bħalma huma dawk ta’ San Pawl u San Ġużepp ikunu l-ewwel pass ’il quddiem, iżda l-awtoritajiet tas-saħħa qalulna li għadu mhux il-waqt.

Huwa qalilna li jifhmu li wara dak li tħabbar il-Ġimgħa se jkomplu d-diskuzzjonijiet biex l-ewwel attività tkun il-Ġimgħa l-Kbira li twitti t-triq għal sajf ta’ festi madwar il-pajjiż kollu.

Il-Kurja qiegħda fuq l-istess linja biex il-festi jirritornaw 

Borg fakkar li jekk inħarsu lejn id-deċiżjonijiet li ħadet fl-aħħar xhur il-Kurja, nistgħu napprezzaw kemm hi qiegħda twassal il-messaġġ tagħha u li hi qiegħda tiġbed l-istess ħabel biex dawn il-festi jkunu jistgħu jsiru. Dan Jixhduh deċiżjonijiet li ttieħdu s-sena li għaddiet li l-knejjes kollha jintramaw b’mod normali kif konna mdorrijin bihom qabel feġġet il-pandemija.

Madanakollu, Borg saħaq li “rridu nkunu reponsabbli fil-ħidma tagħna sabiex dan il-patrimonju Malti nerġgħu niċċelebrawh.”

Ekonomija

Sport