Il-Prim Ministru Robert Abela, f’isem il-Gvern Malti preżenta s-somma ta’ €50,000 mill-Fond tal-Kawżi Ġusti. Abela żar din il-maratona b’risq Puttinu Cares li ssir kull sena.
F’intervent qasir, il-Prim Ministru qal; “Il-maratona tal-lum hija ċelebrazzjoni tal-empatija, li t-tbatija ta’ ħaddieħor tagħmilha tiegħek u tgħid mill-ftit li nista’, ħa ngħin biex dik it-tbatija tiċċekken”.
Abela rrimarka li pajjiżna għandu valuri sbieħ, iżda li wieħed ma jistax jinsa it-tant tbatijiet ta’ tfal li jkunu għaddejjin minn mumenti. Spejga kif mill-ftit li tkellem ma’ persuni li għaddew minn xi esperjenza, lkoll jgħid li Puttinu kien hemm għalihom sa mill-bidu.