Monday, May 13, 2024

Il-Gvern Franċiż se jonfoq €200 miljun biex jeqred ammont kbir ta’ nbid

Aqra wkoll

Il-Gvern Franċiż ħabbar li kien se jalloka €200 miljun biex jgħin lill-industrija tal-inbid u fost l-oħrajn dawn il-flus se jintefqu biex jinqerdu ammont kbar ta’ inbejjed.

Fl-aħħar snin, id-domanda għal inbid fi Franza naqset ħafna minħabba li aktar nies qegħdin jagħżlu li jixorbu l-birra minflok. Kien għalhekk li l-produtturi tal-inbejjed spiċċaw b’ammonti kbar fl-istores tagħhom u ma jafux x’se jagħmlu bihom.

Aktar minn hekk minħabba li fi Franza l-poplu ntlaqat mill-għoli tal-ħajja, ħafna għażlu li ma jixtrux aktar inbid, iżda minflok jixtru xorb ieħor li hu ferm orħos.

Ħafna mill-€200 miljun se jkunu qegħdin jintużaw biex jinqered l-kwantità kbira ta’ nbejjed li hemm għand il-produtturi, kif ukoll biex jinqered alkoħol ieħor u bl-istess prodotti jsiru hand sanitiser, prodotti tat-tindif u anke fwejjaħ.

Sport