Saturday, December 21, 2024

Il-Gvern kommess li jżomm in-numru ta’ mediċini out of stock baxx

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva ħareġ kjarifika għar-risposta mogħtija mill-Ministru Jo Etienne Abela, dwar l-ammont ta’ mediċini preżentament out of stock, wara konferenza tal-aħbarijiet mhux relatata mas-suġġett. 

Meta mistoqsi, il-Ministru kkwota figura ta’ mediċini speċifiċi fl-isptar Mater Dei, iżda saħaq li kull pazjent huwa ttrattat b’alternattivi effikaċi. Il-Ministru Abela għalhekk jikkonferma li effettivament hemm biss 14-il mediċina tal-POYC out of stock fil-pajjiż, kif irrappurtat fl-aħħar aġġornament tac-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)- li huwa aċċessibbli għall-pubbliku online u li jiġi aġġornat b’mod regolari. 

Madanakollu, in-numru kkwotat mill-Ministru jirreferi għan-numru ta’ mediċini li għalkemm ikunu neqsin mill-binja tal-Isptar Mater Dei jew spiżeriji oħra, ma jkunux out of stock fil-pajjiż għaliex ikun hemm stokk miżmum fl-imħażen tal-istess CPSU, li taħżen u tiddistribwixxi l-mediċini fl-istituzzjonijiet mediċi kollha pubbliċi madwar Malta u Għawdex. F’dawn il-każijiet id-dewmien fit-tqassim tal-ammonti mitluba mill-Isptar huwa kkawżat minħabba problemi loġistiċi marbuta man-natura ċċentralizzata tad-distribuzzjoni tal-mediċini. 

Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva jibqa’ kommess li jżomm in-numru ta’ mediċini out of stock baxx, kif dejjem għamel fl-aħħar snin ta’ Gvern Laburista.

Ekonomija

Sport