Wednesday, July 24, 2024

Il-Gvern se jibqa’ jiddefendi l-interessi tal-kaċċaturi u nassaba

Aqra wkoll

Il-Gvern Malti fi stqarrija qal li ħa nota filwaqt li esprima d-diżappunt tiegħu għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan wara li l-Awditur ħareġ l-opinjoni tiegħu dwar il-kaċċa u l-insib f’pajjiżna.

Bħalissa għaddeja kawża dwar deroga li Malta għandha dwar l-insib għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana għal skop ta’ riċerka.

Il-Gvern Malti qal li r-rakkomandazzjoni tal-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali ma torbotx il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bis-sentenza li għandha tingħata aktar tard. Fl-istqarrija ntqal li l-opinjoni li ħarġet ftit tal-ħin ilu għad trid tiġi eżaminata fil-fond.

Il-Gvern kompla jgħid li se jibqa impenjat fil-kawża u lest li jerġa’ jiftaħ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex ikompli jiddefendi d-deroga tar-riċerka u l-interessi tal-kaċċaturi u n-nassaba.

Ekonomija

Sport