Saturday, May 4, 2024

Il-GWU tfakkar is-66 anniversarju mill-istrajk ġenerali tat-28 ta’ April 1958

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union fakkret is-66 anniversarju mill-istrajk ġenerali li sar fit-28 ta’ April 1958. Bħalma jsir kull sena, saret ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, liema mafkar jfakkar lill-“eroj” li kienu arrestati u ntbagħtu l-ħabs fl-istrajk.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm l-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU li kienet komposta mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, li poġġew kuruna tal-fjuri biswit il-mafkar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport