Sunday, April 28, 2024

Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali mal-MIMCOL 

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union iddikjarat tilwima industrijali mal-kumpanija MIMCOL dwar il-hlas ta’ disturbance allowance. Dan gara wara li diversi membri infurmaw it-Taqsima Gvern u Entitijiet Pubblic li mhumiex qed jirċievu d-disturbance allowance annwali , li kien jingħata ta’ kull sena minħabba n-natura tax-xogħol taghhom u minhabba l-esiġenzi tal-MIMCOL.  

Wara li t-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU talbet kjarifika għal dak li bdew jallegaw il-membri, ngħatat it-tweġiba li dan huwa minnu u filwaqt li ngħataw il-performance allowance hekk kif stabbilit fil-kuntratt tal-impjieg tagħhom iżda mhux id-disturbance allowance. Wara bdiel ta’ korrispondenza, il-kumpanija xorta baqgħet ma bidlitx il-fehma tagħha.   

B’hekk il-GWU infurmathom li mhux taqbel mar-risposta hekk kif temmen li l-ħaddiema għandhom jingħataw id-disturbance allowance bħalma ġara fl-aħħar snin. 

  

Il-GWU dejjem tisħaq li l-benefiċċji għandhom jibqgħu u għaldaqstant iddikjarat tilwima industrijali. Fil-ġranet li ġejjin se ssir laqgħa ta’ konċiljazzjoni għand id-DIER rigward dan l-ilment u t-triq ‘il quddiem.   

Sport