Monday, December 23, 2024

Il-GWU tikseb għarfien ewlieni fil-Parlament

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni fil-Parlament ta’ Malta. Dan wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-union għandha fi ħdanha l-maġġoranza tal-impjegati li jaħdmu fil-Parlament.

Kienet il-GWU li nhar l-Erbgħa 24 ta’ Novembru li għadda għamlet talba lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) sabiex tingħata l-għarfien ewlieni bħala l-unika unjin rikonoxxuta li tirrappreżenta lil dawn l-impjegati għal finijiet ta’ negozjar kollettiv. 

Id-Dipartiment kien infurmat li fil-preżent kien hemm żewġ unjins rikonoxxuti fosthom il-GWU li jirrappreżentaw lill-impjegati ngaġġati mal-Parlament. 

Għalhekk bħala parti mill-proċess dettat mil-liġi, nhar il-25 ta’ Novembru ntbagħtet ittra mid-DIER lill-Parlament biex jibagħtu l-lista ta’ impjegati. Fl-istess ġurnata ntbagħtet ittra mid-DIER lill-GWU sabiex huma jibagħtu lista tal-membri mħallsin u ‘proof of payment’.

L-union l-oħra kienet mitluba ikkonferma jekk tridx tibqa’ tirrappreżenta lil dawn l-impjegati nhar it-Tnejn 29 ta’ Novembru u ntalbet tibgħat il-lista tal-membri mħallsin u proof of payment. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Diċembru, l-istess union kienet infurmat lid-DIER li ma setgħetx tipparteċipa f’dan il-proċess ta’ verifika. 

Minn dan il-proċess ta’ verifika, ħareġ li l-GWU għandha l-appoġġ tal-maġġoranza tal-impjegati tal-Parlament u għalhekk kellha tingħata l-għarfien ewlieni.

Ekonomija

Sport