Monday, May 25, 2026

Il-GWU Tirreġistra Tilwima Industrijali ġewwa l-MCAST

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali favur il-membri tagħha professjonisti mhux edukattivi bil-warrant ġewwa l-MCAST.

Il-Union tispjega li n-negozjati relatati mal-ewwel ftehim kollettiv tagħha ġewwa l-MCAST ilhom konklużi għal diversi ġimgħat, u matul dan il-proċess il-Union ingħatat diversi assigurazzjonijiet li l-iffirmar tal-ftehim kellu jsir fi żmien qasir.

Minkejja dawn l-assigurazzjonijiet, il-proċess qed idum aktar milli mistenni u sal-lum għadha ma ġietx ikkomunikata data ċara għall-iffirmar tal-ftehim.

Din is-sitwazzjoni qed toħloq frustrazzjoni ġustifikata fost il-membri konċernati, speċjalment fid-dawl tal-fatt li hemm qbil verbali fuq il-pakkett finanzjarju l-ġdid li huma mistennija jibbenefikaw minnu.

Il-Union tisħaq li ma tistax tibqa’ tistenna indefinittivament filwaqt li l-membri tagħha jibqgħu mingħajr iċ-ċertezza meħtieġa dwar meta se jidħol fis-seħħ il-ftehim il-ġdid.

Għaldaqstant, il-GWU irreġistrat tilwima industrijali u ħarġet direttivi lill-membri tagħha, li se jibqgħu fis-seħħ sakemm tingħata data konkreta għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport