Monday, May 25, 2026

Vetturi elettriċi ġodda għal Korp tal-Pulizija f’żoni turistiċi

Aqra wkoll

Il-Korp tal-Pulizija ssaħħaħ b’sitt vetturi elettriċi ġodda li se jintużaw mill-Pulizija għallkomunitajiet għas-sigurtà f’diversi żoni turistiċi.

Dawn il-vetturi ngħataw b’donazzjoni mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) u ġew iffinanzjati minn fondi li huma amministrati b’mod konġunt mill-MHRA, millAwtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.

Il-vetturi, tal-għamla Hyundai Kona, se joperaw f’Tas-Sliema, is-Swieqi, il-Kottonera, Marsaxlokk, Paceville u f’Għawdex. Dawn il-vetturi ġodda se jwasslu biex jissaħħaħ ir-rispons rapidu, jitnaqqsu reati marbuta matturiżmu u tissaħħaħ ir-relazzjoni mal-komunità. Dan kollu jikkontribwixxi b’mod dirett għallesperjenza tal-viżitaturi u għar-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni sikura u affidabbli.

Andrew Agius Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA qal li “l-MHRA taħdem mill-qrib ma’ diversi stakeholders biex tappoġġja l-immaniġġjar sostenibbli tat-turiżmu madwar il-gżejjer Maltin, bil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jkun sieħeb ewlieni. Għalhekk, permezz ta’ dawn il-karozzi elettriċi, is-sigurtá hija essenzjali, kemm għall-kwalitá tat-turiżmu kif ukoll għall-ġid komunitarju u għalhekk nemmnu li r-rwol tal-Pulizija għall-Komunita huwa partikolarment importanti.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport