Il-holders Marsa St Michael sfaw eliminati mill-MAFA KO meta ġew megħluba minn Senglea Gunners 3-0. Il-Marsin, li kienu rebħu din il-kompetizzjoni fl-istaġun li għadda sabuha ferm diffiċli jżommu mar-ritmu tal-avversarji li min-naħa l-oħra kienu effettivi fl-attakki tagħhom
Isaac Kwesi Dankwah poġġa lis-Sengleani minn fuq wara disa’ minuti sabiex minuta mill-bidu tat-tieni taqsima, Lamin Jaiteh għamilhom 2-0.
Is-siġill fuq il-partita wettqu Isaac Kwesi Dankwah li b’hekk skorja doppjetta personali u wassal lit-tim tiegħu sal-aqwa erbgħa tal-kompetizzjoni.
Referee kien Ray Tabone.
Iċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni Għaxaq Wolves kisbu rebħa komda ta’ 2-0 kontra San Ġwann Pro Evolution Academy.
Protagonista għalihom kien l-attakkant Brażiljan Diego Fernando Pereira li skorja doppjetta wara gowl f’kull taqsima.
San Ġwann ippruvaw kemm felħu iżda ftit setgħu jinfdu d-difiża tal-Wolves.
Referee kien Igor Kankaras.
Valletta St Paul’s rebħu d-derby tal-kapitali kontra Valletta Stars St Dominic 3-1.
Il-Beltin kienu 3-0 minn fuq u kien biss fl-aħħar li t-tim ta’ St Dominic naqqas il-marġni tal-iskor.
Juan Zarate Ortega poġġa lis-St Paul’s minn fuq sabiex lejn l-aħħar kien hemm doppjetta ta’ Guillherme da Lima Mendes. Għalxejn kien il-gowl ta’ Federico Marine Tejada żewġ minuti minn tmiem il-konfront.
Referee kien Miguel Francica.
Ħamrun Sporting kellhom imorru għall-għoti tal-penalties sabiex eliminaw lil Naxxar Victorians 3-2. L-iskor sa tmiem is-70 minuta baqa’ dak ta’ mingħajr gowls u wara li l-logħba marret għall-għoti tal-penalties, kienu l-Ħamruniżi li wettqu preċiżjoni liema bħalha u b’hekk ukoll kisbu l-kwalifikazzjoni għas-semifinali.
Referee kien Paul Apap.
Is-semifinali tal-MAFA KO se jintlagħbu bejn it-2 u t-3 ta’ Ġunju b’dan il-programm:
Marsaxlokk Ground
It-Tlieta 2 ta’ Ġunju
7:00 pm – Ħamrun Sporting vs Senglea Gunners
L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju
7:00pm – Valletta St Paul’s vs Għaxaq Wolves.
Il-finali se tintlagħab nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju fl-4.30pm fil-grawnd ta’ Marsaxlokk.

