Cospicua Rangers komplew iżommu l-konsistenza fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Blackball hekk kif mhux biss saħħew l-ewwel post tal-klassifika iżda fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-eqreb rivali tagħhom Qormi Pinto A.
Il-Bormliżi kisbu suċċess ta’ 11-7 kontra Mrieħel Billiard House A sabiex komplew bil-mument maġiku tagħhom.
Qormi Pinto baqgħu fit-tieni post tal-klassifika li għelbu lil Ħamrun 147 A 11-9.
F’sezzjoni A tal-Kampjonat Reġjonali, Qormi Pinto A jinsabu fuq quddiem b’disa’ punti vantaġġ fil-klassifika. Huma ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Żebbuġ St Joseph A 11-4. Mill-banda l-oħra, San Ġwann Tiki Taka Boys laħqu lil Ħamrun 147 C wara rebħa ta’ 11-0 kontra l-istess avversarji.
F’sezzjoni B tal-istess kampjonat, Ħamrun 147 B baqgħu bir-rekord perfett sa mill-bidu tal-kampjonat meta kisbu disa’ rebħiet minn daqstant logħbiet. Huma kisbu rebħa ta’ 11-5 kontra San Ġwann Tiki Taka Spartans. F’logħba oħra, Siġġiewi Montekristo A rebħu 11-7 kontra PL Balzan A.
F’sezzjoni A tal-Community League, kien hemm bilanċ assolut fil-logħba bejn Cospicua Rangers B u Birkirkara Juve bir-riżultat finali jkun dak ta’ 10-10.
Rebħiet tajbin kisbu Ħamrun 1889 Bar, Birżebbuġa St Peter’s B u Siġġiewi Montekristo wara riżultati pożittivi kontra Selmun Sports Club C (11-7), Mrieħel Billiard House B (11-1) u Żebbuġ St Joseph B (11-5)
Finalment f’sezzjoni B tal-Community League, Ħamrun 147 D għandhom seba’ punti vantaġġ f’ras il-klassifika għalkemm b’logħba iktar minn San Ġwann Tiki Taka Buddies. Il-Ħamruniżi għelbu lil Birkirkara Boċċi 11-6 sabiex baqgħu jżommu l-konsistenza. F’logħba oħra, San Ġwann Tiki Taka Buddies għelbu lil Selmun Sports Club B 11-3
KLASSIFIKA KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-BLACKBALL
Cospicua Rangers A 24, Qormi Pinto A 19, Ħamrun 147 A 13, Mrieħel Billiard House A 7.
KLASSIFIKA KAMPJONAT REĠJONALI – SEZZJONI A
Qormi Pinto B 25, San Ġwann Tiki Taka Boys 16, Ħamrun 147 C 16, Żebbuġ St Joseph A 10, Valletta Fossa Boys 10, Domus Kids Żejtun A 1.
KLASSIFIKA KAMPJONAT REĠJONALI – SEZZJONI B
Ħamrun 147 B 27, San Ġwann Tiki Taka Spartans 15, Birkirkara Youngsters 15, Siġġiewi MonteKristo A 9, Selmun Sports Club A 7, PL Balzan A 4.
KLASSIFIKA COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI A
PL Floriana 34, Cospicua Rangers B 33, Birkirkara Juve 31, Ħamrun 1889 Bar 28, Birżebbuġa St Peters B 20, Żebbuġ St Joseph B 13, Selmun Sports Club C 13, Siġġiewi MonteKristo C 12, Mrieħel Billiard House B 8.
KLASSIFIKA COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI B
Ħamrun 147 D 38, San Ġwann Tiki Taka Buddies 31, Birkirkara Bocci 30, Siġġiewi MonteKristo B 28, Selmun Sports Club B 23, Qormi Anici 19, Birżebbuġa St Peters A 13, Żebbuġ St Joseph C 7, PL Balzan B 1.

