Monday, May 25, 2026

Thiago Espindola iħalli lil Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Thiago Espindola ħalla lil Sliema Wanderers wara biss staġun jilgħab ma’ dan il-klabb, meta huwa kien ingħaqad ma’ dan il-klabb proprju bħal daż-żmien sena mingħand il-ġirien, Gzira United.

F’kitba fuq il-mezzi soċjali hwua qal:

“Qatt mhu faċli tħalli klabb fejn kont tassew kuntent.”

“Illum nagħlaq kapitlu ieħor tal-karriera tiegħi b’sentiment ta’ gratitudni u kburija għal dak kollu li esperjenzajt f’dan il-klabb.”

“Grazzi talli emmintu fija, għal kull mument li qsamt magħkom, u għall-appoġġ kollu matul dan il-vjaġġ.”

“Dan l-istaġun tani memorji, ħbiberiji u esperjenzi indimentikabbli li se nġorr miegħi għall-bqija ta’ ħajti.”

“Inħalli lil dan il-klabb b’rasi merfugħa ‘l fuq u trankwill, għax naf li tajt l-almu tiegħi kollu.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport