Friday, April 26, 2024

Il-ħsara kkawżata mit-terremot fl-Afganistan u l-Pakistan kienet inqas minn dak previst

Aqra wkoll

Fortunatament, skont rapporti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali, jidher illi s’issa l-ħsarat kkawżati minn terremot fil-Pakistan u l-Afganistan kienu inqas minn dak maħsub. Dan ikkonfermawh uħud mill-uffiċjali tas-salvataġġ minn Khyber Pakhtunkhwa, il-Pakistan, f’kumment li taw lill-midja Franċiża AFP.

Iktar minn 10 persuni tilfu ħajjithom filwaqt li għexieren oħra jinsabu midruba wara li terremot qawwi li kejjel 6.5 fuq l-Iskala Richter ħasad parti sostanzjali minn żoni fil-Pakistan u l-Afghanistan. L-epiċentru tat-terremot li seħħ ilbieraħ filgħaxija kien iċċententrat f’reġjuni muntanjużi fl-Afganistan qrib ta’ fruntiera li tagħmel parti mill-Pakistan.

Fost il-persuni li tilfu ħajjithom fil-provinċja ta’ Laghman fl-Afganistan huwa rrappurtat li kien hemm persuna ta’ età tenera.

Skont iċ-Ċentru Seiżmoloġiku għall-Ewropa u l-Mediterran, inħassu theżżiżiet fl-Indja wkoll.

Sport