Wednesday, April 24, 2024

“L-isbaħ rigal li nistgħu nagħtuk hi li nsemmu l-binja ta’ Londra għalik”

Il-mexxejja ta' Puttinu Cares ifakkru għeluq snin il-mibki Dr Calvagna

Aqra wkoll

“Rigal ma nistgħux nagħtuk, però, l-isbaħ ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li nsemmu l-binja ta’ Londra għalik: Binja Victor Calvagna,” qalu l-mexxejja ta’ Puttinu Cares f’kitba li qasmu fuq il-paġna ta’ Facebook biex ifakkru għeluq snin Dr Victor Calvagna.

Dr Calvagna, Konsulent maħbub minn bosta u President ta’ Puttinu Cares li kellu tant għal qalbu lill-pazjenti, tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei f’Jannar tas-sena l-oħra, propju ftit tal-jiem wara li ntlaqat minn vettura.

Huwa ngħata l-aħħar tislima fit-12 ta’ Jannar 2022, fil-Bażilika tal-Mosta fit-3:30 p.m.

Sport