Saturday, November 23, 2024

Il-jott Taljan Bullitt jirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

Il-jott Taljan, Bullitt, immexxi mill-kaptan Andrea Recordati, ġie dikjarat rebbieħ tar-Rolex Middle Sea Race, li rreġistra ħin ta’ 20 siegħa, 51 minuta u 35.24 sekondi.  

Ir-Royal Malta Yacht Club ikkonfermat li l-ebda jottijiet li kien fadal li kienu għadhom qed jiġru ma setgħu jtejbu l-ħin ikkoreġut ta’ Bullitt.

“Meta dħalt fir-Rolex Middle Sea Race il-ħolma tiegħi kienet li nirbaħ il-klassi,” qal Recordati, hekk kif ġie infurmat mid-Direttur tat-Tiġrija. “Dan kien ikun riżultat meraviljuż fih innifsu kontra dgħajjes aktar adattati għal din it-tip ta’ tiġrija offshore.”

“Fil-ħin ikkoreġut, onestament, għadni qed ikolli diffikultà biex nemmen. Ninsab f’ħolma. Jien kuntent ħafna għad-dgħajsa tagħna. Aħna nagħmlu ħafna sforz biex intejbuha. Jien kuntent speċjalment għall-ekwipaġġ tiegħi. Għandi team eċċezzjonali u tassew jimmeritahom dan ukoll.”

Sport