“Il-kalendarju Nazzjonali ta’ vuċi

Aqra wkoll

lill-pazjenti”

    – il-Kap Eżekuttiv tan-National Mental Health Services, Roseanne Camilleri

Il‑Kap Eżekuttiv tan‑National Mental Health Services, Roseanne Camilleri, meta tkellmet dwar sentejn ta’ riforma li laħqet il‑qalb tas‑servizz, spjegat b’mod ċar li l-kalendarju nazzjonali ta’ vuċi lill-pazjenti. 

Nistaqsuha dwar il-Kalendarju Nazzjonali tas‑Saħħa Mentali daħal fit‑tielet sena tiegħu. u x’inhu l‑impatt tiegħu fuq il‑pazjenti u fuq il‑komunità?

Roseanne Camilleri twieġeb għal din id-domanda billi tgħid li “l-Kalendarju Nazzjonali tas‑Saħħa Mentali huwa wieħed mill‑aktar proġetti li jagħmilni  kburija. Meta nedejnih fis-sena 2024, ridna noħolqu moviment nazzjonali li jagħti vuċi lill‑pazjenti, lill‑familji, lill‑professjonisti u lill‑komunità. Illum, dan il‑moviment kiber b’mod li qabeż kull aspettattiva. Il‑pazjenti ma baqgħux sempliċement parteċipanti; saru protagonisti. Huma l‑artisti, il‑kreattivi, l‑organizzaturi, il‑preżentaturi. Il‑familji jarawhom f’dawl ġdid, u l‑komunità tifhem li s-saħħa mentali mhix stigma, iżda parti naturali mill‑esperjenza umana. Il‑patroċinju Presidenzjali għal tliet snin konsekuttivi jsaħħaħ il‑valur nazzjonali tiegħu.”

“Il-pazjent qiegħed isib għajnuna

qrib daru”

Nistaqsuha kif waħda mir‑riformi ewlenin hija l‑ħolqien ta’ tliet Ċentri Reġjonali tas‑Saħħa Mentali. Imma x’se jġibu dawn iċ‑ċentri?

Il-Kap Eżekuttiv tiddikjara li “dawn iċ‑ċentri se joħolqu mudell ġdid ta’ kura komunitarja. Il‑pazjent se jsib l‑għajnuna qrib daru, f’ambjent modern u sigur, b’tim multidixxiplinari li joffri interventi bikrin, appoġġ preventiv u timijiet mobbli li jintervjenu fil‑kriżijiet fil‑komunità. Dan il‑mudell se jnaqqas il‑piż fuq l‑istituzzjonijiet kbar u joħloq servizz aktar uman, aktar aċċessibbli u aktar effettiv.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport