Tuesday, November 26, 2024

Il-Kampanja Nazzjonali Pink October Movember Malta 2024

Aqra wkoll

Il-kampanja tnediet illum miċ-Chairperson ta’ The Marigold Foundation, Michelle Muscat taħt il-Patroċinju tal-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono. Waqt li tkellmet fuq it-Taraġ emblematiċi tal-Belt Valletta, Michelle Muscat qalet li wara 10 snin ta’ tmexxija ta’ din il-kampanja mifruxa mal-pajjiż kollu, tikkoordina l-messaġġi diversi li segwew sena wara sena, il-kampanja ta’ din is-sena tħeġġeġ lill-pubbliku biex isib il-poter fi ħdanu biex jimxi ‘l quddiem għall-pass li jmiss.

Kull fejn wieħed ikun fil-vjaġġ tiegħu, irid isib il-qawwa biex jimxi ‘l quddiem, jitla’, ikompli għaddej, iqum għall-okkażjoni… Jekk wieħed qatt ma ċċekkja lilu nnifsu qabel, iż-żmien huwa issa. Jekk wieħed għadu kif ġie djanjostikat bil-kanċer, il-battaljat ibda issa. Jekk wieħed baqaʼ ħaj, wasal iż-żmien li niċċelebraw il-ħajja. Jekk wieħed ma jħobbx jisma sitwazzjonijiet bħal dawn tal-ħajja reali, wasal iż-żmien li jsaħħaħ ir-radars enfatiċi tiegħu. Huwa biss il-pass li jmiss… sib #thepowerwithin
 
Il-kampanja tal-2024 hija ispirata mill-idea li ssib is-setgħa tiegħek biex timxi ‘l quddiem u ‘l fuq b’mod pożittiv. Il-ħames kanċers huma rappreżentati artistikament fil-forma ta’ turġien u arkati, li jirrappreżentaw il-partijiet differenti tal-ġisem.

Għall-kanċer tas-sider, l-arkata ‘l fuq mit-taraġ tirrappreżenta l-kurvatura ta’ sider. It-taraġ li jwassal lejn l-arkata jissimbolizza l-mogħdija li n-nies se jieħdu biex isibu s-setgħa ġewwa fihom sabiex jiffaċċjaw il-biża’ tagħhom, imorru għac-check-ups u jimxu ‘l quddiem għall-pass li jkun jmiss fil-vjaġġ tagħhom.
 
Għall-kanċer ċervikali, it-taraġ huwa dejjaq u twil u jirrappreżenta l-forma tal-organu ġewwa l-ġisem.  It-taraġ li jidħol f’passaġġ bħal dan juri metaforikament il-ħtieġa li dejjem tibqa’ sigura u tieħu miżuri ta’ prekawzjoni.
 
Il-kanċer tal-ovarji huwa simbolizzat b’‘’ballun” jew ovarju fin-naħa ta’ fuq fit-tarf tat-taraġ.  In-nies iridu jkunu konxji ta’ ġisimhom, iħossu lilhom infushom, jafu s-sintomi u jkunu kuraġġużi biżżejjed biex jiċċekkjaw għal kanċer fl-ovarji … kanċer li hafna drabi difficli tinduna bih kmieni u għalhekk l-ovarju fil-quċċata tat-taraġ.
 
Il-kanċer tal-prostata huwa simbolizzat permezz tat-taraġ maqlub li jieħu l-forma tal-organu f’ forma ta’ lembut fi ħdan ġisem maskili.
 
Sadanittant il-kanċer tat-testikoli huwa simbolizzat permezz ta’ disinn ta’ ballun forma ta’ arkata astratta li tirrappreżenta t-testikoli. Dan jirrappreżenta l-proċess simili u sinifikanti bħat-taraġ tal-kanċer tas-sider, fejn wieħed jeħtieġ li jsib il-forza interna u l-motivazzjoni biex jiċċekkja lilu nnifsu b’mod regolari.
 
Il-pubbliku ġenerali huwa mħeġġeġ biex joqgħod attent għall-messaġġi, reklami fuq ir-radju, billboards, reklami fuq it-TV, midja soċjali u posts onlajn biex jitgħallmu aktar dwar kif ikunu kuraġġużi, jagħmlu l-pass li jmiss u jiċċekkjaw ġisimhom regolarment u joqgħodu konxji.
 
L-avveniment kien indirizzat mill-aqwa kliniċisti u kirurgi ta’ Malta fosthom Dr Nick Refalo, Clinical Chair ta’ SAMOC u Dr Danika Marmara, Cancer Pathways Director fost oħrajn.  
 
L-influencers Yazmin Helledie u Muxu Music, flimkien ma’ Charmaine Galea Triganza u Alfred Cachia li salvaw mill-kanċer spjegaw kif kampanji pożittivi bħal dawn jgħinu lill-pazjenti u lill-familji tagħhom iħossuhom parti mis-soċjetà anke meta l-battalja tkun reali.
 
Waqt li tkellmu b’vuċi waħda, ilkoll saħqu fuq l-importanzata’ din il-Kampanja biex titqajjem kuxjenza u teduka lill-pubbliku.
 
Il-Kampanja Annwali Nazzjonali Pink Oct – Mov ’24 hija mmexxija u kkoordinata minn The Marigold Foundation.  Bħas-snin ta’ qabel, jekk il-pubbliku jkun ġeneruż, il-fondi se jmorru biex jiffinanzjaw it-tieni Cancer Community Outreach Project b’kollaborazzjoni ma’ Sir Anthony Mamo Oncology Centre, u biex jgħinu lill-NGOs lokali tal-kanċer fil-proġetti tagħhom.
 
Jekk tixtieq tappoġġja Pink Oct-Mov ’24 jekk jogħġbok żur il-paġna ta’ Facebook Pink October Movember Malta jew Instagram jew www.pinkoctobermovembermalta biex titgħallem aktar dwar l-avvenimenti tagħna dan ix-xahar jew tagħti donazzjoni fuq in-numri hawn taħt.
 
DONAZZJONIJIET
Donazzjonijiet SMS 50619238 għal €11.65
Donazzjonijiet bit-telefon 51702052 €15 / 51802053 €25
MOBILE PAY numru 99912373 għal ammonti sa €500

Fir-rimarki konklussivi tieghu, il-Ministru għas-Saħħa, Dr Jo Etienne Abela enfasizza l-importanza ta’ informazzjoni ta’ dan it-tip li tassigura li l-pubbliku ġenerali jiġi edukat.

Sport