Rapporti qed isostnu li l-futur ta’ Liverpool jista’ jkun qed jidħol f’fażi ġdida wara li konsorzju ta’ investituri, fosthom Jeff Bezos, akkwista sehem ta’ 38 fil-mija fil-club għal aktar minn £2 biljun. Il-ftehim ivvaluta lil Liverpool għal £5.5 biljun.
Il-konsorzju, immexxi minn Amit Bhatia u appoġġjat minn Bezos, ingħata d-dritt ta’ prijorità biex jakkwista sehem maġġoritarju jekk is-sidien attwali, Fenway Sports Group, jiddeċiedu li jbigħu aktar ishma fit-12-il xahar li ġejjin.
Dan jista’ jwitti t-triq għal bidla fil-kontroll tal-klabb ta’ Anfield, għalkemm għalissa ma tħabbar ebda bidla uffiċjali fis-sjieda.




