Wednesday, March 27, 2024

Il-Korea ta’ Fuq tiċħad li pprovdiet l-armi lir-Russja

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Korea ta’ Fuq iddikjarat li qatt ma biegħet armi lir-Russja u m’għandha l-ebda pjan li tagħmel dan fil-futur. Dan wara rapporti tal-Istati Uniti li sostnew li Moska kienet qed iddur għal Pyongyang biex iżżid l-ħażna tal-armi tagħha. 

Uffiċjali Amerikan aktar qabel qalu li r-Russja tista’ tixtri rokits u artillerija oħra mill-Korea ta’ Fuq. Qalu li mossi bħal dawn, flimkien mal-allegat xiri ta’ armi Iranjani, urew li s-sanzjonijiet tal-Punent kienu qed ifixklu l-isforzi tar-Russja fil-gwerra fl-Ukrajna. 

Moska ċaħdet ir-rapporti dak iż-żmien. Kwalunkwe moviment tal-armi bejn iż-żewġ pajjiżi jkun qed jikser is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. 

Fi stqarrija maħruġa minn uffiċjal fil-Ministeru tad-Difiża tal-Korea ta’ Fuq, intqal li: “qatt ma esportajna armi jew munizzjon lejn ir-Russja qabel u mhux qed nippjanaw li nesportawhom.” 

L-uffiċjal akkuża lill-Istati Uniti u “forzi ostili oħra” li xerrdu xnigħat biex “isegwu l-għanijiet politiċi u militari tagħha.

Ekonomija

Sport