Saturday, May 18, 2024

Il-Korea ta’ Fuq tqabbad ħaddiema mediċi u investigaturi epidemjoloġiċi biex jikkumbattu l-epidemija intestinali

Aqra wkoll

Il-midja tal-Istat tal-Korea ta’ Fuq irrapportat li numru ta’ ħaddiema mediċi u anke investigaturi epidemjoloġiċi qegħdin jipprovdu l-assistenza tagħhom biex jikkumbattu l-imxija ta’ marda intestinali li qiegħda taħkem lil dan il-pajjiż. 

Il-midja ma tantx tat dettalji dwar l-imxija u qalet biss li hija “epidemija enterika akuta” u li iktar minn 800 familja qegħdin isofru minnha. It-terminoloġija “enterika” tirreferi għall-passaġġ gastrointestinali u għalhekk l-uffiċjali tal-Korea t’Isfel qed jissuspettaw li din hija mxija ta’ kolera jew tifojde. 

Din l-imxija, li kienet irrapportata l-ewwel darba nhar il-Ħamis li għadda, qiegħda tkompli toħloq piż kbir fuq is-sistema tas-saħħa ta’ dan il-pajjiż li fil-preżent qiegħed jiffaċċja nuqqas kbir ta’ ikel u anke mewġa qalila ta’ infezzjonijiet ta’ Covid-19. 

Sport