Wednesday, April 24, 2024

Il-Gvern Olandiż jagħmel apoloġija mal-veterani ta’ Srebrenica

Aqra wkoll

Il-Gvern Olandiż talab maħfra lill-mijiet ta’ eks suldati Olandiżi li kienu ntbagħtu biex jiddefendu l-belt ta’ Srebrenica fil-gwerra tal-Bożnija. Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte qal li t-truppi ma kellhomx t-tagħmir meħtieġ biex iwaqqfu l-massakru li kien għaddej u kienu mitluba jagħmlu biċċa xogħol impossibbli. 

F’Lulju tal-1995, madwar 8,000 raġel ta’ twemmin Musulman kienu nqatlu wara li l-forzi Daniżi ġew megħluba mit-truppi Bożnijaċi-Serbi. Sal-lum il-gvernijiet Olandiżi dejjem qalu li l-ħtija ta’ dan kollu kienet minħabba li n-Nazzjonijiet Uniti naqset milli tagħti l-appoġġ tagħha mill-arju. Iżda matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet Rutte, waqt diskors li kien qed jagħmel quddiem veterani militari, qal li t-telfiet li ġarrbu t-truppi ta’ Dutchbat III kien minħabba tagħmir militari li ma kienx adegwat. Fid-diskkors tiegħu Rutte qal, “il-mandat tagħkom, l-appart u l-appoġġ militari li rċevejtu waqt il-missjoni ma kinux adegwati u dan wassal biex ma stajtux tagħmlu l-missjoni tagħkom.”

Waqt din iċ-ċerimonja wkoll, is-suldati involuti f’dan il-kunflitt ġew mogħtija rikonoxximent b’Midalja tal-Bronż tal-Unur mill-Ministru tad-Difiża Kajsa Ollongren u dan hekk kif minkejja d-diffikultajiet kollha li kienu qed jiffaċċjaw dawn is-suldati għamlu l-almu tagħhom kollu. 

Sport