Wednesday, March 27, 2024

Il-Film Jurassic World Dominion… qed nirreklamawh biżżejjed?

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fit-teatri madwar id-dinja kollja, inkluż f’Malta, beda jintwera l-film tant mistenni “Jurassic World Dominion”, il-film ġdid tal-franchise famuża “Jurassic Park”. Dawn il-films reġgħu taw il-ħajja lid-dinosawri li kienu estinti għal miljuni ta’ snin, idea sensazzjonali li saret realtà grazzi għat-teknoloġija avvanzat, li qajmet interess kbir u kurżità liema bħalha tant li mill-bidu li bdew joħorġu s’issa ġġeneraw qligħ kolossali ta’ madwar €5 biljuni. 

Il-film il-ġdid “Jurassic World Dominion”, li diġà huwa fl-ewwel post tal-klassifika tal-aktar films popolari fis-swali taċ-ċinema, huwa ta’ interess akbar għalina u ta’ min iħossu kburi minħabba l-fatt li partijiet minnu inġibdu proprju f’Malta bix-xena l-aktar famuża tal-Belt Valletta. Fiha naraw id-dinosawri jiġru wara n-nies u jaqbżu fuq il-knejjes fit-toroq dejqa u storiċi ta’ din il-belt tant sabiħa u familjari magħna.

Film bħal dan, li huwa magħruf madwar id-dinja kollha, huwa rreklamat bil-kbir b’kartelluni u mezzi oħra bil-għan li jħajru aktar nies jarawh. Għal xi raġuni però, hekk kif jidher anke mir-ritratti meħuda, innotajna li lokalment dan il-film mhuwiex qiegħed jiġi rreklamat biżżejjed u kemm jixraqlu. 

Pajjiżna, li huwa wieħed li jattira bl-eluf turisti minn kull rokna tad-dinja, kif ukoll għandu industrija ta’ films li aktar ma tmur aktar qiegħda tissaħħaħ, għandu jirriklama aktar “Jurassic World Dominion” u mhux jitpoġġa biss il-poster normali flimkien mal-films l-oħra fis-swali taċ-ċinema. B’dan il-mod ftit huwa rreklamat. Il-fatt li parti minn dan il-film inġibdet f’pajjiżna, huwa dettal żgur li jħajjar aktar lil dak li jkun biex imur jarah. 

Tajjeb li wieħed jgħid li tul iż-żmien diffiċli tal-pandemija, Malta kellha 34 produzzjonijiet u dan iġġenera €98 miljun fl-ekonomija tagħna. Dan kompla jsaħħaħ lil dan is-settur tal-industrija tal-films f’Malta li f’dawn l-aħħar tliet snin iġġenera aktar minn 2,000 impjiegi. 

B’investimenti kbar ippjanati fl-industrija tal-films f’Malta, ikun tajjeb li nieħdu ħsieb din l-industrija li tista’ ssarraf f’minjiera. Bi ftit aktar reklamar żgur li mhux se jintefu daqstant flus iżda żgur li se jiġġenera aktar. Barra l-investimenti li diġà saru u hemm oħrajn ippjanati, il-pożizzjoni ġeografika unika tagħna, ix-xeni partikolari u l-wirt storiku tagħna, din l-industrija tattira investimenti kbar barranin u għaldaqstant ta min japprezzaha, ikun kburi biha u jirreklamaha kif jixirqilha.

Il-film “Jurassic World Dominion”:

  • Din il-produzzjoni Ħoliwudjana tal-2022 hija bbażata fuq xjenza fittizja u mimlija azzjoni;
  • Id-direttur huwa Colin Trevorrow u fost l-atturi prinċipali insibu lil Chris Pratt, Bryce Dallas Howard, Laura Dern, Jeff Goldblum u Sam Neill;
  • Dan huwa sequel għal “Jurassic World: Fallen Kingdom” tal-2018 u huwa s-sitt wieħed tal-franchise “Jurassic Park”. Dominion huwa l-aħħar film tat-triloġija “Jurassic World”;
  • Laura Dern, Goldblum u Neill jerġgħu jidħlu fir-rwoli li kellhom mit-triloġija ta’ “Jurassic Park” għall-ewwel darba flimkien mill-1993;
  • Il-film kien ilu ippjanat mill-2014 iżda beda jinġibed fi Frar tal-2020. Dan kellu jiġi pospost f’Marzu tal-istess sena minħabba l-pandemija tal-Covid-19;
  • Il-film inġibed f’diversi pajjiż inkluż fir-Renju Unit, fil-Kanada u f’pajjiżna. Fis-sajf tal-2020 f’Malta inġibdu filmati għalih fil-Belt Valletta, Bormla, Mellieħa u Pembroke;
  • Id-distributur ewlieni tiegħu huwa l-Universal Pictures u dan intwera għall-ewwel darba fil-Messiku fit-23 ta’ Mejju 2022;
  • Fl-Istati Uniti ħareġ fl-10 ta’ Ġunju 2022 u globalment diġà kellu qligħ ta’ madwar €400 miljun biex sar il-ħames l-aktar film li ġġenera flus għal din is-sena;
  • Kważi nofs l-udjenza ta’ “Dominion” kienu żgħażagħ bejn it-18 u l-34 sena mentri 31% kellhom minn 35 sena ‘l fuq;
  • Dan il-film kellu reviews pjuttost negattivi mill-kritiċi minħabba t-tul tiegħu u anke l-istorja li skont huma, hija skaduta. Minkejja din il-kritika, il-film qiegħed jikseb suċċess kbir u min jaf, forsi nerġgħu jkollna triloġija ġdida ta’ “Jurassic Park”.
Ekonomija

Sport