Friday, March 29, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti se jospita l-ewwel edizzjoni tal-Malta Invitational Games

Aqra wkoll

Fl-sforzi tal-Kumitat Olimpiku Malti biex tingħata spinta lid-dixxiplini sportivi li mhumiex parti mill-programm li ser jintlagħab waqt il-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023, il-Kumitat Olimpiku Malti ħa l-inizjattiva li jospita l-edizzjoni inawgurali tal-Malta Invitational Games. 

Dawn il-Logħob, li se jsiru bejn l-Erbgħa 5 sal-Ħadd 9 ta’ Ottubru, jkomplu fuq dak l-inbeda snin ilu bil-Logħob tal-Ħbiberija li waqfu xi snin ilu u li qabel kienu organizzati mill-Kumitat Olimpiku Malti u CONI Sicilia.

Permezz ta’ dawn il-Logħob, Malta mistennija tilqa’ madwar 180 atleta li jirrappreżentaw 10 pajjiżi, jiġifieri Andorra, Bulgarija, Ċipru, Gżejjer Faroe, Ġibiltà, Islanda, Lussemburgu, Montenegro, San Marino u Malta.

Id-dixxiplini li fihom ser jikkompetu dawn l-atletli jinkludi l-bowling, it-taekwondo u t-triathlon.

Avvenimenti tal-bowling – Singles, Doubles, Team x4,  se jsiru fl-Eden Super Bowl f’San Ġiljan. L-avvenimenti tat-Taekwondo li jikkonsistu fil- Flyweight, Featherweight, Welterweight u Heavyweight, ingħataw status ta’ klassifika mill-World Taekwondo u se jiġu ospitati fil-Qawra Palace Hotel, filwaqt li l-avvenimenti tat-triathlon se jikkonsistu f’Duathlon, Aquathlon u Triathlon se jsiru f’ three locations – Hal-Far, Pretty Bay Birżebugia and Salina Bay, Baħar iċ-Ċagħaq rispettivament.

F’kumment dwar l-avveniment, il-President tal-KOM Julian Pace Bonello esprima l-konvinzjoni tiegħu li dawn il-Logħob se jipprovdu pjattaforma biex l-atletli jkunu jistgħu jikkompetu fuq livell internazzjonali kif ukoll jkejlu il-livell tagħhom.

“Il-pandemija tal-Covid-19 ġabet ħerba mhux l-inqas fl-isport. Dan l-avveniment żgur li se jgħin lill-atleti tagħna jaraw fejn qegħdin meta jikkompetu kontra atleti minn Stati Żgħar oħra” irrimarka Pace Bonello.

Filwaqt li l-avveniment għadu fil-bidu tiegħu, Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-KOM jinsab fiduċjuż li aktar se jsegwu dan l-avveniment. Filwaqt li jtenni l-inċertezza li kkawżat il-pandemija, li għaliha xi pajjiżi għadhom qed jirkupraw mill-effetti ġenerali tagħha, “Ir-rispons li rċevejna minn pajjiżi żgħar oħra huwa inkoraġġanti ħafna u ninsabu kunfidenti li dan l-avveniment jista’ jkompli jikber u jespandi biex jinkludi iktar sport fl-ediżjonijiet li jmiss. żied jgħid Azzopardi.

Il-Kumitat Olimpiku Malti jixtieq jirringrazzja lill-Malta Bowling Association, lill-Malta Taekwondo Association u lill-Malta Triathlon Federation għall-għajnuna tagħhom fil-preparamenti tekniċi u loġistiċi kollha.

L-Iskeda tal-Avvenimenti tista’ tara fuq il-websajt tal-Kumitat Olimpiku Malti – https://nocmalta.org/games/invitational-games/

Il-pubbliku sportiv huwa mħeġġeġ jagħti l-appoġġ tiegħu lill-atleti lokali kollha.

Ekonomija

Sport