Thursday, April 18, 2024

Pollakka tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn oġġett tal-ħġieġ f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Pollakka ta’ 22 sena residenti San Ġiljan, weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn oġġett tal-ħġieġ fi stabbiliment f’San Ġiljan. 

L-inċident għall-ħabta tat-3.30 a.m., xħin il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġorg, peress li kien hemm mara bi ġrieħi f’wiċċha. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara allegatament ġiet aggredita minn persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa u ħarbet mill-ewwel minn fuq il-post. 

Hi ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport