Wednesday, April 22, 2026

Il-Kummissarju Ewropew tal-Ambjent iżżur ir-Razzett tal-Bagħal tal-FKNK

Aqra wkoll

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Jessika Roswall, għamlet żjara uffiċjali fir-Razzett tal-Bagħal fil-Buskett, li hu amministrat mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Il-Kummissarju kienet akkumpanjata mill-Ministru Clint Camilleri.
 
Matul iż-żjara, uffiċjali tal-FKNK spjegaw l-istorja tal-Buskett u tar-Razzett tal-Bagħal u kif dan kien jintuża bħala stalel taż-żwiemel mill-Kavallieri ta’ Malta fis-seklu sittax, u r-rwol tas-sit illum bħala ċentru ta’ konservazzjoni u edukazzjoni ambjentali mill-FKNK. Ġew spjegati wkoll diversi proġetti ewlenin tal-FKNK, fost liema l-proġett ta’ reintroduzzjoni tal-barbaġann, il-mixtla tas-siġar u arbuxell indiġeni, il-proġett tat-tnissil u tluq lura fis-selvaġġ tal-gamiem, u l-pubblikazzjoni internazzjonalment ippremjata ‘Game Recipes from Malta’, li tiegħu ġie ippreżentat kopja lill-Kummissarju. Wara dan, lill-Kummissarju ġiet servuta waħda mir-riċetti tal-ktieb, ispirata minn riċetta tal-1598: il-pastizz tal-fenek.
 
Peress li waqt iż-żjara tal-Kummissarju faqqas barbaġann, f’att simboliku u kommemorattiv taż-żjara il-ferħ ingħata l-isem Roswall.
 
Matul iż-żjara ġie ukoll enfasizzat kif il-kaċċaturi u n-nassaba għandhom rwol importanti fil-konservazzjoni tal-bijodiversità, fil-ġestjoni tal-abitati naturali u fil-ġbir ta’ dejta xjentifika.
 
Il-FKNK tirringrazzja lill-Kummissarju Ewropew u lill-Ministru taż-żjara tagħhom u ttenni l-impenn tagħha favur il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali rinovabbli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport