Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Opinjoni Motivata lil Malta dwar id-deroga għar-riċerka relatata ma’ seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana selvaġġi.
Din id-deċiżjoni ttieħdet minkejja li l-Gvern Malti introduċa emendi leġiżlattivi wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Settembru 2024.
Il-Kummissjoni qed tqajjem dubji dwar jekk id-deroga, kif riveduta mill-Gvern Malti, hijiex ġenwinament intiża għal skopijiet ta’ riċerka.
Il-Gvern Malti issa għandu xahrejn biex iwieġeb għall-Opinjoni Motivata, filwaqt li tenna li se jkompli jiddefendi d-deroga, f’konformità mal-liġijiet Ewropej u b’rispett lejn it-tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin.
