Sunday, January 19, 2025

Il-kumpilazzjoni tal-Kolumbjan li huwa s-suspettat b’rabta mal-katavru li nstab f’Tas-Sliema se tibda nhar it-Tnejn

Aqra wkoll

Il-kumpilazzjoni ta’ raġel Kolumbjan,li huwa s-suspettat li qatta katavru biċċiet u poġġih f’bagalja, u mbagħad xeħtu fil-baħar f’Tas-Sliema, se tibda tinstema’ nhar it-Tnejn li ġej quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.

Is-suspettat, Andres Leonardo Gamboa Duran ta’ 43 sena mill-Kolombja, tressaq il-Qorti nhar is-Sibt quddiem il-Maġistrat Marse Ann Farrugia. Fil-Qorti, huwa wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. 

Andres ġie akkużatt b’organizzazjoni kriminali, b’ħabi ta’ katavru, li pprova jaħbi traċċi ta’ delitt u b’pussess aggravat. Huwa ġie akkużat ukoll bi traffikar ta’ drogi, b’assoċċjazzjoni biex tiġi ttraffikata d-droga u b’ħasil ta’ flus. Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukati Kaylie Bonett u Dejan Darmanin mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispetturi Kurt Colombo Zahra u Wayne Camilleri, spejgat li fid-9 ta’ Diċembru, il-Pulizija rċivew rapport li ntlemħet bagalja fil-baħar minn minorenni li kien fuq paddle boat. Il-bagalja nġarret lejn l-art u xi barranin fetħuha fejn sabu fdalijiet ta’ bniedem.

Ġie spjegat li wara r-rapport, il-bagalja nġabret minn fuq il-post u ttieħdet għall-kamra mortwarja. Ingħad li mit-testijiet u riċerki illi saru fuq il-vittma, instab li l-idejn u s-saqajn tal-vittma kienu maqtugħin u mdeffsa fil-bagalja. Il-Prosekuzzjoni spejgat ukoll li minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l- bagalja li nstab fiha l-vittma u l-mazza kienu nxtraw minn ħanut San Ġwann. Ingħad li l-Pulizija waslet għall-akkużat minn irċevuta li kien hemm tal-istess bagalja li nxtrat.

Sport