Friday, December 20, 2024

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jingħata €33,407 biex isir lift panoramiku

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella bi pjaċir ħabbar li l-applikazzjoni li ssottomettew bħala Kunsill Lokali tal-lokal ftit tax-xhur ilu taħt l-iskema Aċċessibiltà u Mobilità, ġiet kkwalifikata.

Is-Sindku Dario Vella qal li ngħataw l-għotja ta €33,407. Spjega li t-talba tal-Kunsill tinvolvi l-installazzjoni ta’ lift panoramiku bejn Triq l-Inkurunazzjoni fejn iz-zuntier tas-Santwarju, u l-Belveder tas-Sur li jiġi biswit il-Knisja Parrokkjali. 

Huwa temm jgħid li bħalissa għaddejjin proċeduri sabiex jinkisbu l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti biex fix-xhur li ġejjin dan il-proġett ambizzjuż isir realtà wkoll.

Ekonomija

Sport