Sunday, December 22, 2024

Il-kuntrattur akkużat bl-abbandun ta’ immigrant jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Glen Farrugia, id-Direttur tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors, li qed jiġi akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq l-immigrant Jaiteh Lamin u li pprova jaħbi reat u li kiser regolamenti marbuta mas-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tiegħu, ingħata l-libertà proviżorja.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000.

Ilbieraħ Jaiteh Lamin, l-immigrant mill-Gambja, xehed quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia minn fuq is-sodda tal-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra.

Lamin beda jispjega kif huwa ġie Malta f’Mejju 2021 fejn beda jaħdem bħala bajjad. F’Settembru huwa beda jaħdem ma’ Glen Farrugia u l-ħin tax-xogħol tiegħu kien bejn is-6.30 a.m u l-5.00 p.m. Huwa kien jitħallas €50 kuljum. Mistoqsi jekk kienx jingħata brejk huwa wieġeb li kien jieħu ħames minuti biex jiekol.

Lamin xehed li dakinhar tal-inċident huwa kien il-Mosta, iżda Farrugia kien sejjaħlu biex jagħmel xi xogħol fil-Mellieħa. Xogħlu kien li jnaddaf is-saqaf u juża krejn biex itella’ blokki tal-konkrit. Spjega dwar il-waqgħa u kif Farrugia qallu biex iċempel għall-ambulanza, iżda Lamin irrifjuta minħabba li beża’ mill-awtoritajiet.

Huwa xehed ukoll li Farrugia abbandunah mal-ġenb tat-triq u qallu biex lill-pulzija jgħidilhom li ntlaqat minn karozza.

Ekonomija

Sport