Wednesday, August 10, 2022

Il-laqgħa annwali tat-tim maniġerjali tal-Grupp Farsons issir mill-ġdid wiċċ imb wiċċ

Aqra wkoll

Il-laqgħa annwali tat-taqsima maniġerjali tal-Grupp Farsons saret mill-ġdid wiċċ imb wiċċ, wara li s-sena l-oħra ttellgħet online.

Dan l-avveniment hu dejjem mistenni għax jiġbor lill-membri tat-tim maniġerjali qabel tmiem is-sena. Il-kelliem mistieden għal-laqgħa ta’ din is-sena kien is-Sur Simon Vaughan Johnson, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Bank Malta p.l.c., u l-laqgħa kienet ospitata miċ-Chairman tal-Grupp Farsons, is-Sur Louis A. Farrugia, u l-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons, is-Sur Norman Aquilina.

Is-Sur Vaughan Johnson kien intervistat mill-Manager tar-Riżorsi Umani tal-Grupp u s-Segretarja tal-Kumpanija, is-Sa Antoinette Caruana, u tkellem fuq l-isfidi u l-opportunitajiet li ltaqa’ magħhom tul il-karriera tiegħu ta’ 35 sena mal-HSBC, kif ukoll dwar l-avvenimenti ewlenin u l-waqtiet li jħoss li spikkaw s’issa f’xogħlu.


Is-Sur Simon Vaughan Johnson, Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Bank Malta p.l.c.

Tkellem ukoll dwar x’ġibdu biex jieħu r-rwol attwali tiegħu f’Malta u fuq l-isfidi ewlenin li ltaqa’ magħhom f’din il-kariga ta’ responsabbiltà fil-bidu tal-pandemija globali. Filwaqt li rrifletta fuq it-tagħlimiet ewlenin li kiseb mill-esperjenza tal-aħħar 18-il xahar, hu qasam ukoll it-tamiet u l-aspettazzjonijiet tiegħu għall-futur.

Wara l-intervista kien hemm sessjoni informattiva fuq il-Grupp Campari u dawk kollha preżenti setgħu jduqu wkoll il-prodotti ta’ dan il-Grupp. Il-portafoll tal-Grupp Campari hu rrappreżentat f’Malta minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.

Ekonomija
Delicious

Sport