Il-Maġistrati Leonard Caruana u Elaine Rizzo se jinħatru Mħallfin ġodda, wara li ntgħażlu mill-President ta’ Malta minn fost il-kandidati mressqa mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.
Kien Uffiċċju tal-President ta’ Malta fejn fi starrija qal li ġew magħżula wara sejħa pubblika għall-żewġ imħallfin ġodda mill-Ministeru responsabbli mill-Ġustizzja, li saret f’Lulju li għadda.
Intqal li b’kollox ġew intervistat u evalwati 21 persuna li ssottomettew espressjoni ta’ interess għal din il-ħatra.
Il-Kumitat ressaq lill-President tliet ismijiet li qies bħala l-aktar idonei għall-kariga: il-Maġistrati Leonard Caruana, Elaine Rizzo u Gabriella Vella. Minn dawn, il-President għażlet lill-Maġistrat Leonard Caruana.
Dan filwaqt li fit-tieni rapport tressqu l-ismijiet tal-Maġistrati Jean Paul Grech, Elaine Rizzo u Gabriella Vella. Minn dawn, il-President għażlet lill-Maġistrat Elaine Rizzo.
Intant, f’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru responsabbli Clifton Grima qal li l-Ġudikatura se tkompli tissaħħaħ b’żewġ imħallfin ġodda. Tenna li bħala Ministru responsabbli se jkompli bl-impenn biex jara li s-servizz mogħti jkompli jikber għall-ġid tal-poplu kollu.
