Thursday, June 13, 2024

Il-Malta Polo Club torganizza żewġ kompetizzjonijiet b’suċċess

Aqra wkoll

Il-Malta Polo Club b’kollaborazzjoni ma’ EquestriMalta organizzat żewġ kompetizzjonijiet ferm interessanti fil-Malta Equidrome.

Fl-ewwel kompetizzjoni tal-Keyes Cup kienu Team Schweppes li għelbu lil Team Stella ħames gowls u nofs għal tlieta. Kif jixhed l-iskor, iċ-chukkas kienu ferm akkanti għalkemm Team Schweppes, iffurmat minn Emma Aquilina, Petra Vella, Jean Vella u Jeremy Besancon, kellu xi ħaġa aħjar mill-avversarji tiegħu.

Team Stella kien iffurmat minn Rebecca Gera, Francesca Camilleri, Richard Green, Mark Darmanin u Chris Wightman.

Umpires kienu Greg Gera u Gaston Etcheberry bit-tielet uffiċjali kien Keith Wismayer.

Mill-banda l-oħra, intlagħbet ukoll it Tourist Board Cup hekk kif Veuve Cliquot White għelbu lil Veuve Cliquot Red 9-6. Kien konfront ferm divertenti biż-żewġ naħat li skorjaw b’mod kontinwu għalkemm fl-aħħar mill-aħħar it-tim bil-flokkijiet bojod ħareġ rebbieħ.

Veuve Cliquot White kellu lil Ivan Camilleri, Martin Arrigo, Matthew Grech u Christian Delia filwaqt li Veuve Cliquot Red kien jikkonsisti minn Matthew Borg, Simon Psaila, Greg Gera u Karl Galea.

Umpires kienu Chris Wightman u Jeremey Besancon bit-tielet uffiċjal li kien Keith Wismayer.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport