Issa li s-sajf jinsab vera fil-viċin, nixtiequ nappellaw lill-pubbliku li bħal ma għamilna fil-passat warakollox, sabiex dak li jkun ma jagħmilx BBQ inqas minn ħames metri ‘il bogħod mis-siġar.
Dan qalitu l-Malta Ranger Unit f’messaġġ fuq Facebook, fejn kompliet tispjega li huma jgħidu affarijiet bħal dawn għax hija l-opinjoni tagħhom, iżda għax hija l-veritá.
Tennew li l-liġijiet ambjentali huma sostnuti minn riċerka u esperjenza. In-nies ta’ kuljum jiltaqgħu wkoll ma’ sitwazzjoniijiet li xejn mhuma sbieħ għan-natura, bl-aħħar ritratt li ttieħed kien fl- Aħrax tal-Mellieħa.
Spejgaw li qabel ma’ wieħed jibda l-BBQ, għandu jkun ċert li ż-żona li jkun qiegħed fiha, tkun permessibbli biex jagħmel BBQ.