Il-mibgħutin speċjali tal-Istati Uniti telqu lejn l-Ukranja wara laqgħat li kellhom mal-President Russu Vladimir Putin f’Moska. Dawn il-laqgħat saru f’tentattiv ieħor mill-Istati Uniti biex tintemm il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja.
Steve Witkoff u Jared Kushner waslu Kiev biex jiddiskutu pjani ġodda biex tintemm il-gwerra li fiha nqatlu eluf kbar ta’ persuni.
Dan kien l-ewwel vjaġġ tal-ogħla negozjaturi tal-President Trump fil-kapitali Ukrena. S’issa jidher li Putin u Zelensky qablu li jwaqqfu l-ġlied għal tlett ijiem sakemm ikun hemm in-negozjati.
Yuri Ushakov, konsulent ta’ Putin qal li n-negozjati li saru mal-Istati Uniti ma kienx biss dwar il-gwerra fl-Ukranja, iżda wkoll dwar kwistjonijiet ekonomiċi, u proġetti kbar li jistgħu jsiru bejn ir-Russja u l-Istati Uniti.
Stqarr li waqt in-negozjati l-mibgħutha tal-Istati Uniti fehmu x’wassal għal dan il-kunflitt u x’hemm bżonn isir biex il-gwerra tintenn. Qal li min-naħa ta’ Punti lest li jkompli jinnegozja sakemm tinstab soluzzjoni.





