Monday, May 20, 2024

Il-Ministru Ian Borg jattendi għall-funeral statali tal-eks PM Ġappuniż Shinzo Abe

Aqra wkoll

Aktar kmieni matul il-jum tat-Tlieta 27 ta’ Settembru 2022, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg attenda għall-funeral statali tal-eks Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe f’Tokyo, il-Ġappun, f’isem il-Gvern Malti. Huwa kien fost bosta dinjitarji li attendew għall-funeral.

F’isem il-Gvern Malti, huwa offra l-kondoljanzi lill-Prim Ministru Fumio Kishida u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Yoshimasa Hayashi, kif ukoll lil mart il-mibki Abe, is-Sinjura Akie Abe.

L-eks Prim Ministru Abe u s-sinjura tiegħu kienu żaru Malta fi żjara uffiċjali lura fl-2017. Huwa kien l-ewwel prim ministru Ġappuniż li żar Malta.

Sport