Tuesday, April 30, 2024

Il-Ministru tal-Agrikoltura jtenni l-impenn tal-gvern fl-Abikultura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Ministru Anton Refalo qal li minkejja diversi sfidi, dan il-gvern offra serħan il-moħħ lill-bdiewa u lir-raħħala. Refalo tkellem dwar diversi skemi ta’ għajnuna li komplew jingħataw biex jiggarantixxu spalla lil dan is-settur, li fl-aħħar snin stajna napprezzaw iktar kemm hu importanti minħabba li jassigura li jkollna x’nieklu. 

Huwa fakkar li permezz tar-riforma fil-liġi tal-kera tal-art agrikola se jkunu qegħdin jiġu indirizzati kawżi pendenti u fl-istess waqt ikun żgurat li l-art agrikola tibqa’ tintuża għall-iskopijiet oriġinali tagħha mingħajr abbużi.

Rigward l-abikoltura, Refalo qal li t-trobbija tan-naħal dejjem kienet ta’ ġid imprezzabbli u biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ qed jirrikonoxxi l-invażjoni tal-bagħal taż-żunżan u l-isfida li qed tpoġġi quddiem in-naħħala. Għalhekk il-ministeru qed jaħdem mill-qrib biex jappoġġja inizjattivi biex din l-invażjoni tiġi kontrollata u se jkun hawn ukoll korsijiet minn esperti internazzjonali li se jkunu qegħdin jitfgħu aktar dawl dwar din il-problema. 

Tkellem dwar l-investiment fl-laboratorji agrarji biex mis-sena li ġejja l-bdiewa u r-raħħala jkunu jistgħu jittestjaw aħjar ċertu prodotti biex ikun żgurat li dan jibqa’ jżid fil-livelli ta’ kwalità.

Refalo qal li r-riżultati ma ġewx mix-xejn, iżda grazzi għall-ħidma tad-diriġenti kollha li wettqu d-doveri tagħhom bla tlaqliq. Tenna li dan huwa budget li joffri ċertezza li dan il-gvern se jibqa’ ta’ spalla għal dawk kollha involuti f’dan is-settur u ta’ fejda għall-annimali tagħna.

Sport